Visionline Teleshopping: the best for you
Episodju 269
Isem: BAGALJI
Kitba ta’ Frida Cauchi
15 ta’ April 2015 fid-20.45
Is-Sur Agius imur fl-uffiċċju tal-ABS wara l-ħin b’dokument importanti ħafna. Tant hu importanti li lanqas jieħdu miegħu id-dar ma jrid… li ma jmurx jintilef. Fid-dar, Walter jagħmel affarijiet tassew strambi. Ifittex li jkun waħdu biex ħadd ma jinduna li fis-salott qiegħed bil-qegħda fuq il-briefcase li jieħu miegħu ix-xogħol. Imma jindunaw. L-aktar Ruth li malajr tgħaddilu l-kummenti! Tal-familja jiġu fid-dubju jekk Walter hux jiċċajta jew qed jagħmel hekk bis-serjetà. Imma għaliex qed jagħmel hekk?