Simpatici – Episode 241 – DOUGHNUTS


Kitba ta’ Frida Cauchi
– 12 ta’ Diċembru 2012 fid-20.30. 

Mariah tiġi ferħana mill-iskola b’dixx doughnuts li tkun għamlet hi. Mariah, Dora, Jason u Katrin jistennew lil Joe ħerqanin biex juruhomlu u jiekluhom flimkien. Imma għala meta jiġi Joe, flok jifraħ jitkerrah? U bħas-soltu jaqla’ kelmtejn mingħand Katrin… u anke mingħand Dora. Jekk id-doughnuts ma għoġbux lil Joe, imma lil Lieni, Angelo u Jimmy tant għoġbuhom li jitħajru jsarruhom huma wkoll. Għal Joe din sfida u jipprova jagħmel doughnuts aqwa minn ta’ kulħadd. Jirnexxielu?

Our Sponsors