SIMPATICI – EPS 274 – 20/05/2015

Episodju 274

Isem: Il-Mummja

Storja ta’ Joseph W. Gatt, Kitba ta’ Joe Gatt

20 ta’ Mejju 2015 fid-20.45

Lisa tkompli taqla’ l-inkwiet fid-dar tal-familja Cassar. Id-dar qisha taghha u kulhadd irid jaqdiha kif tixtieq hi. Il-hajja nbidlet u kulhadd kellu jinbidel skont l-esigenzi taghha. Sadattant tinsteraq mummja fl-Ingilterra u tkun se tingieb f’Malta. Imma fiex jidhlu l-karattri taghna?

Episodju 273

Isem: Titwib

Kitba ta’ John Suda

13 ta’ Mejju 2015 fid-20.45

Walter ma jiflahx u jibqa’ d-dar. Lil Ruth jirrabjaha ghax jghaggibhom wisq. Ganni jgib kejk l-ufficcju u jittiekel kollu… lanqas bicctejn ghall-qassis u l-abbati tat-tberik ma jifdal. Joe jidhol irrabjat fuq ix-xoghol ghax is-Sur Agius iridhom jahdmu aktar. Imma l-aktar li tidhol irrabjata hi l-mara tas-Sur Agius stess li tigi tfittxu fuq ix-xoghol. Se ssibu jew le? U ghaliex kulhadd jibda jittewweb?

Episodju 272

Isem: ECDL

Kitba ta’ Brian Farrugia

6 ta’ Mejju 2015 fid-20.45

Fir-rahal se jorganizzaw Fun Day u Mariah u Manwel se jiehdu sehem f’recta bhala parti mill-attivitajiet. Izda din il-Fun Day se tahbat vicin hafna l-ezamijiet tal-ECDL. Fuq ix-xoghol Joe jghaddi kumment lil Ganni dwar l-ECDL u dan jahseb li qed jirredikolah. Ganni jiehu ghalih u kulhadd izomm mieghu. Imma wara ftit, Joe stess ihajru jibda jiehu kors tal-kompjuter.

Episodju 271

Isem: GWERER

29 ta’ April 2015 fid-20.45

Walter jaħseb ħażin f’Charlie. Imma Charlie xorta jibqa’ mal-bqija tal-familja jaraw film tal-gwerra, inklużi Mariah u Manwel. Il-film ma jogħġobx lil kulħadd minħabba xi xeni tal-gwerra. Min imur jorqod u min ikompli jsegwi l-film. Kif jispiċċa, t-tfal juru li impressjonaw ruħhom u jibdew jistaqsu dwar il-gwerra u l-ħruxijiet tagħha. U mhux it-tfal biss jimpressjonaw ruħhom. Imma l-gwerra tkun fil-film biss? U lil min jaħsbuh vampir?

Episodju 270

Isem: TPARTIT

Kitba ta’ Frida Cauchi

22 ta’ April 2015 fid-20.45

Is-Sur Naudi tal-ABS Auditors icempel lil Joe u jaghtih l-ahbar li se jibghat lil Patricia f’ufficcju barra minn Malta. Fl-ufficcju ta’ Dora, Maggie tigiha kurzità x’fiha l-bagalja ta’ Francesca. Is-Sur Tonna jirrabja ghax dan m’ghandux jinteressa lill-maid. Imma Francesca tohodha bil-hlewwa u tghidilha li fil-bagalja hemm xi haga li qatt ma rat bhalha qabel. U Maggie tahseb hazin…

Episodju 269

Isem: BAGALJI

Kitba ta’ Frida Cauchi

15 ta’ April 2015 fid-20.45

Is-Sur Agius imur fl-uffiċċju tal-ABS wara l-ħin b’dokument importanti ħafna. Tant hu importanti li lanqas jieħdu miegħu id-dar ma jrid… li ma jmurx jintilef. Fid-dar, Walter jagħmel affarijiet tassew strambi. Ifittex li jkun waħdu biex ħadd ma jinduna li fis-salott qiegħed bil-qegħda fuq il-briefcase li jieħu miegħu ix-xogħol. Imma jindunaw. L-aktar Ruth li malajr tgħaddilu l-kummenti! Tal-familja jiġu fid-dubju jekk Walter hux jiċċajta jew qed jagħmel hekk bis-serjetà. Imma għaliex qed jagħmel hekk?

268 Dun Manwel

Episodju 268

Isem: LOTTERIJA

Kitba ta’ Joe Gatt

8 ta’ April 2015 fid-20.45

Il-Kappillan ghandu bzonn jigbor xi flus ghall-parrocca, izda ta’ madwaru jaqblu li hawn wisq gbir u kulhadd jiddejjaq mill-gbir. Dun Manwel johrog bl-idea li jaghmlu lotterija. Fl-ufficcju ta’ Joe jithajru jilghabu biljett f’lotterija kbira ta’ hames miljun ewro… imbaghad jekk jirbhu jaqsmu kollox bejniethom. Is-Sur Tonna jwieghed lill-haddiema tieghu li jekk jirbah jibghathom xi mkien sabih… Leonard jigih hsieb hazin.

267 Mrs AxiaqEpisodju 267

Isem: NINNA NANNA

Kitba ta’ John Suda

25 ta’ Marzu 2015 fid-20.45

Patricia tqajjem plejtu fl-ufficcju ghax fit-toilet hemm wirdiena. Kulhadd irid jaghmilha tar-ragel imma tispicca tmur toqtolha Lorrie. Fid-dar, Joe jghid xi haga u Katrin tiehu ghaliha. Tant titfantas li tidhol f’kamritha u ma trid tohrog b’xejn. U difficli biex tikkonvinciha.

Episodju 266

 

Isem: SINJALI

Kitba ta’ John Suda

 

18 ta’ Marzu 2015 fid-20.45

 

Leonard irid lil Salvinu jiktiblu l-bijografija tieghu. Salvinu ma jridx jaccetta ghax mhux kittieb. Leonard jiehu ghalih. Patricia tidhol irrabjata fl-ufficcju ghax qalghet citazzjoni… u taqla’ pandemonju fl-ufficcju. Ghalxejn il-manjieri tajbin ta’ Ganni biex jinghogob maghha? Ma kienux sinjali!

Episodju 265

 

Isem: NAMUR

Kitba ta’ John Suda

 

11 ta’ Marzu 2015 fid-20.45

 

Patricia ssib fjura fuq l-iskrivanija taghha. Dil-mossa xejn ma toghgobha. Min-naha l-ohra, f’qalb Karl qed tinbet gibda ta’ namur. Lejn min? Fl-ufficcju ta’ Dora, Maggie tghid li holmot b’attur gustuz u vampir. Pat twahhal f’rasha li l-fjura gabhielha l-hares. X’jaghmel Ganni bl-ghajnuna ta’ Jimmy? U Karl lil min jisma’ tghid li hu gustuz?

Episodju 264

Isem: TESTMENT

Kitba ta’ Joe Gatt

4 ta’ Marzu 2015 fid-20.45

Il-Hadd filghodu Karl ibakkar ghall-quddies biex wara jmur jistad ma’ Alex. Il-Kappillan ukoll ibakkar… biex wara li jdaqqes imur jimla zaqqu ghand il-parruccani. Bla ma jkun jaf jispicca mistieden ta’ Charlie. Izda jirnexxielu jiekol? L-ghada fl-ABS jissemma t-testment. Donnu kulhadd ghandu testment minbarra Joe. Ma jkunx testment!

263 JimmyEpisodju 263

Isem: B’XORTIH

Kitba ta’ Frida Cauchi

25 ta’ Frar 2015 fid-20.45

Jimmy jkun ghand ta’ Cassar, jorqod quddiem it-televixin u ma jqajmuhx. Tigri xi haga li tinkwieta lil Jimmy. Imur jitkellem ma’ Ganni, Lorrie u Alan. Imma anke Joe isir jaf. Anke Salvu u Lieni jindunaw li hemm xi haga mhix f’postha ghand ta’ Cassar. Ix-xorti titbissem lil Maggie, lil Alex u lil Karl. Insomma ix-xorti donnha qed titbissem lil kulhadd…

262 Charlie

Episodju 262

Isem: San Valentinu

Kitba ta’ Joe Gatt

18 ta’ Frar 2015 fid-20.45

Jum San Valentinu, il-jum li fih Jason jaghlaq zmienu. Imma llum Katrin mhix kuntenta ghax Jason jinsab ‘il boghod. Ganni jgib xi pastizzi l-ufficcju… pastizzi li jaqilghu hafna problemi. Minhabba Katrin, San Valentinu se jkun differenti did-darba. Izda Charlie jahsibha mod iehor; jixtieq iferrah lil kulhadd, izda Katrin rasha iebsa…

Dun Manwel & Kappillan

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Episodju 261

Isem: EZERCIZZJU

Kitba ta’ Joe Gatt

11 ta’ Frar 2015 fid-20.45

Charlie jigi tard biex iwassal it-tfal l-iskola… u x’hin jasal bilkemm ma jiehux ghalih talli Joe jghidlu li ghandu bzonn inaqqas il-piz. Dun Manwel ukoll jiehu ghalih meta l-Kappillan jghidlu li qed jiekol izzejjed! Ghax il-Kappillan donnu ma jarax x’jaghmel hu. Angelo jerga’ jaghmel bawxata bhal tas-soltu… jahrab minn Malta… did-darba l-vittma jkun qassis. Nafuh jew le? Tasal ukoll promotion fil-Korp tal-Pulizija… Min se jilhaq?

260 Dora & KatrinIsem: RASSENJAZZJONI

Kitba ta’ Frida Cauchi

4 ta’ Frar 2015 fid-20.45

Fid-dar ta’ Joe kulhadd iqum bla hsejjes ta’ xejn, minbarra Ruth li tqum storbjuza bhas-soltu. Ma jridux iqajmu lil Katrin. Jixtiequha tibqa’ mistrieha ghax tinsab inkwetata dwar Jason. Ruth bilkemm ma tiehux ghaliha u tghid li ahjar tmur lura f’darha. Izda Katrin tiskanta lil kulhadd ghax titfacca mill-bieb ta’ barra. Ma setghetx torqod u telqet kmieni lejn il-knisja. Jitfacca wkoll Dun Manwel li jaghti parir siewi lil kulhadd…

259 Manuel, Ruth & WalterIsem: FAREWELL

Kitba ta’ John Suda

28 ta’ Jannar 2015 fid-20.45

L-atmosfera fl-ufficcju ta’ Joe u Alan tinbidel ghal kollox. L-affarijiet sejrin ahjar, specjalment mindu titfacca Patricia. Imma din Patricia min hi? U x’se tkun qed taghmel hemm? Kulhadd jiehu gost biha? L-atmosfera fid-dar tal-familja Cassar mhix bhal tal-ufficcju. Katrin bin-nervi, u ma trid tisma’ minn hadd. Tahseb li se jerga’ jigri kif gara zmien ilu. Ruth u Walter imorru joqghodu ghand Joe u Dora.

258 PC BorgIsem: STATWETTI

Kitba ta’ John Suda

21 ta’ Jannar 2015 fid-20.45

Joe u Alan sejrin lura fix-xoghol taghhom u hemm bzonn jiehdu azzjoni, anke jekk ikun hemm min ma jiehux gost. Inkella se jfallu. Tghid minhabba l-mawra taghhom fit-Tanzanija? Denise tiehu decizjoni li xejn ma toghgob lil Leonard u Marija. Meta missierha jikkonfrontaha, tkun pronta ssemmilu l-passat tieghu. PC Borg jinduna b’xi nies suspettuzi jhufu vicin id-djar ta’ Cassar u Filletti. Tghid ghandhom x’jaqsmu l-istatwetti li tahom l-Isqof tat-Tanzanija?

Known as l-Ghannej because of a song he sings with that name. He used to sing with Frank O’Neil. He won the Festival of Maltese Song with John Bundy and Enzo Gusman. Tony best hits are It-Tieg tan-Neputija, Rajt ma Rajtx, L-Ghannej, Imhabba f’Kemmuna, L-ittra, Tifhira lil Malta and Il-Bagalja tal-Injam.

Premier – on Wednesday after the news.

Born in Sliema but lives in Mtarfa. Sammy and Doreen Galea’s niece. She sung her first song with cousin Manolito. She was always with Aunt Doreen but was never in her choir. Married to Mario Snitz Spiteri with one son, Dean.

Premier – on Wednesday after the news.

Bdew idoqqu waqt quddiesa folk ghaz-zghazagh fil-Hamrun. Dahlu jdoqqu fuq it-televixin waqt programm religjuz. Fost il-hafna kanzunetti folk bil-Malti jibqghu maghrufa Il-Karozzin, It-Terramaxka, Il-Banda ta’ Indri u l-Vapur tal-Art fost ohrajn.

Premier – l-Erbgha wara l-aħbarijiet.

Our Sponsors